Waslet it-tieni semifinali ta’ BRILLANTI SINGERS. Il-Ġimgħa li għaddiet is-semifinalisti tagħna tnaqqru minn 14 għal 13 hekk kif fis-sing-off finali Kyra u missierha Matthew għelbu lill-bravi Point Blank sabiex jassiguraw posthom fis-semifinali li tmiss. X’ser tkun l-isfida ta’ din il-ġimgħa u liema sorpriżi hemm lesti għall-parteċipanti sabiex ikunu pass eqreb għar-rebħ finali ta’ €30,000?
Din il-ġimgħa, ma’ Nate Morrison, Greta Manuzi u Sarah Harrison, ser tingħaqad il-kantanta li tant għamlet suċċess fil-Eurovision Song Contest, Chiara.
Chiara stqarret mill-bidu li hi m’hi ser tħenn għal ħadd, ser tgħidha kif tħossha u ser tfittex biss il-brillanti fil-parteċipanti li ser tisma’. Iżda xi jwassal sabiex Chiara tibqa’ mhux biss bla kliem iżda wkoll b’xi demgħa?
U din il-ġimgħa min ser jgħaddi għas-sing-off? u min ser ikollu jippakkja u jmur id-dar?
BRILLANTI SINGERS, jixxandar l-Erbgħa 16 ta’ April fid-8:45pm fuq ONE