Il-koppja Jurgen u Violet huma l-ewwel koppja ta’ LIQUORISH ta’ din is-sena li ġew ivvutati mill-parteċipanti stess biex jiġu eliminati mill-avventura.
Fl-ewwel programm ta’ din is-sena, l-ġimgħa li għaddiet, LIQUORISH mal-ewwel ħabbar li se jkun hemm eliminazzjoni minn fost il-parteċipanti. Fi kliem il-parteċipanti u fi kliem bosta ammiraturi u segwaċi ta’ din l-avventura, ħadt ma’ immaġina u ħadt ma basar b’din l-eliminazzjoni f’dan l-istadju bikri tal-avventura.

Fost ħsibijiet diversi u emozzjonijiet differenti, b’diżappunt Jurgen u Violet sellmu lil parteċipanti u ħallew l-avventura ta’ LIQUORISH 2025. Din l-eliminazzjoni qajmet diskussjoni bejn il-parteċipanti. Issa, x’se jiġri?
LIQUORISH qed jixxandar kull nhar ta’ Tnejn fid-8:45pm, fuq ONE