Il-kickboxer ta’ 11-il sena malti Jake Azzopardi, huwa ufficjalment l-iżgħar rebbieħ ta’ midalja tad-deheb għal Malta waqt il-Kampjonati tal-Ewropa tal-Kickboxing ISKA li saru f’pajjiżna fil-jiem li għaddew.
Azzopardi, li jittrenja ma’ Team Noel Malta taħt it-tmexxija ta’ Master Noel Mercieca, rebaħ id deheb fil-kategorija Muay Thai -40kg.
Huwa rebaħ ukoll midalja tal-fidda fil Unified Rules u bronż fil-K1 light.
Dawn is-suċċessi waslu grazzi għal taħriġ intensiv u determinazzjoni kbira.
Ir-riżultat ta’ Jake Azzopardi u kickboxers oħra maltin juri biċ-ċar li Malta għandha atleti ta’ livell għoli fil-Combat Sports.

