Malta kisbet ammont ta’ 60 midalja waqt il-Kampjonati Ewropej tal-Kickboxing ISKA, li kienu qed isiru f’pajjiżna.
Kampjonati li fihom ħadu sehem madwar 800 atleta minn bosta pajjiżi differenti. Il-maltin spiċċaw fil-ħames post minn 21 pajjiż. Is-60 midalja mirbuħa minn Malta kienu jinkludu: 16-il midalja tad-deheb, 19-il midalja tal-fidda u 25 tal-bronż.
L-impenn li jmiss għall-maltin issa se jkun fil-Kampjonati tad-Dinja tal-ISKA, fi Brisbane, l-Awstralja, bejn il-15 u d-19 t’Ottubru ta’ din is-sena.
DAWN KIENU L-MIDALJI TAD-DEHEB MIRBUĦA MILL-MALTIN:
Jaid Agius – Muay Thai Men 18+ years -65kg
Jake Azzopardi – Muay Thai Junior Boys 6-11 years -40kg
Wendy Amber Pace – Unified Kick Light Cadet Girls 15-17 years -45kg
Jennifer Nkwankwo * K1 Female 18+ years -60kg
Celeste Galea – K1 Light 18+ years Female -65kg
Jake Gomez – K1 Light Cadet Boys 15-17 years -80kg and K1 Light Cadet Boys 15-17 years +80kg
Leanne Magro – Unified Rules Female 18+ years -55kg
Esequiel Seychell – K1 Light Junior Boys 12-14 years -35kg
Emma Xuereb – K1 Light 18+ years Female -55kg
Matas Bledis 1 gold – Unified Rules Men 18+ years -80kg
Victor Galea 1 gold – K1 Cadet Boys 15-17 years -50kg
Ahweafa Garenne 2 gold – Unified Rules Female 18+ years -50kg and Muay Thai Female 18+ years -50kg
Faris Lukovic 1 gold -K120 K1 Men 18+ years -90kg
Toraino Singleton 1 gold -K1 Men 18+ years -85kg
DAWN KIENU L-MIDALJI MIRBUĦA MILL-PAJJIŻI LI SPIĊĊAW FL-EWWEL 10 POSTIJIET:
- Ukrajna – 71 deheb / 58 fidda / 75 bronż
- Rumanija – 25 deheb / 24 fidda / 47 bronż
- Ġermanja – 23 deheb / 37 fidda / 30 bronż
- Franza – 20 deheb / 14-il fidda / 11-il bronż
- Malta – 16-il deheb / 19-il fidda / 25 bronż
- Ingilterra – 15-il deheb / 13-il fidda / 8 bronż
- Spanja – 13-il deheb / 13-il fidda / 7 bronż
- Żvizzera – 12-il deheb / 14-il fidda / 8 bronż
- Portugall – 12-il deheb / 12-il fidda / 10 bronż
- Ungerija – 11-il deheb / 8 fidda / 5 bronż
(Photo Credit: Martin Agius)








