Nicolai Mallia ta’ 15-il sena kellu bidu brillanti fil-Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ tal-Bowling hekk kif lagħab serje ta 1331 fuq sitt logħbiet biex għadda ma l-aqwa 4 minn 91 bowler.
Imbagħad kellu jiffaċċja lil Frank Stephenson mir-Renju Unit, bowler ieħor xellugi bħalu. Nicolai ħa vantaġġ żgħir mill-5 frame, iżda mbagħad splt sfortunat ħalla il-bieb miftuħ għal Frank li b’ 5 strikes wara xulxin għeleb lil Mallia 235-204. Midalja tal-bronż ferm meritata għal Mallia , filwaqt li Frank kompla biex rebaħ il-midalja tad-deheb fil-final.
Iż-żgħażagħ kollha tagħna lagħbu tajjeb f’din l-ewwel ġurnata, b’Kayden Lagana’ jispiċċa fl-20 post b’medja ta’ 204.5, Travis Barbara fl-24 post (202.8) u Tomas Caruso fl-34 post (195.5).
Issa jmiss id-doubles, nhar l-Erbgħa.