Matul tmiem il-ġimgħa, Joseph Chetcuti ppreżenta edizzjoni speċjali ta’ Arani Issa li matulha nġabru donazzjonijiet b’risq it-tfal tal-missjoni.
”Jiena nirringrazzja lil kull min ta rigal sabiħ lil dawn it-tfal tal-missjoni tal-Kenya, għal dan il-Għid. Rigal sabiħ għal dawn it-tfal li m’għandhom xejn u li m’għandhom lil ħadt. Grazzi għad-donazzjonijiet li rċevejna, b’somma sabiħa ħafna fi ftit ħin, se nagħtu l-isbaħ rigal għal dan l-għid. Grazzi mill-qalb”
JOSEPH CHETCUTI – PREŻENTATURREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-edizzjoni speċjali ta’ Arani Issa xxandret is-Sibt filgħaxija mid-8:45pm sal-11:30pm u l-Ħadd wara nofsinhar mis-1:35pm sat-3:30pm u f’inqas minn 5 siegħat inġabret is-somma sabiħa ta’ €17,936.