Il-film ‘Inside Out 2’ u ‘Gladiator II’ kienu l-aktar żewġ films popolari mal-Maltin matul l-elfejn erbgħa u għoxrin.
Dan joħroġ minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, li wrew kif dawn iż-żewġ films popolari rreġistraw 7.1 fil-mija u 6.2 fil-mija tal-entraturi kollha rispettivament.
L-istess statistika wriet li, matul is-sena li għaddiet, iċ-ċinemas f’Malta u Għawdex urew 391 titlu differenti ta’ films, filwaqt li l-udjenzi għalihom qabżu l-ħames mitt elf persuna.
Fost dawn, kien hemm aktar minn tmint elef persuna li marret iċ-ċinema speċifikament għall-produzzjonijiet Maltin.
