Bormla Subbuteo Club kisbu d-deheb għal darba oħra wara li fil finali fi Vienna għelbu lil ST Stembert bl-iskor ta’ 2-0.
Għal Bormla, dan kien it-tielet darba li rebħu din il-kompetizzjoni filwaqt li għal Stembert, li magħhom jilgħab John Zammit, dan kien l-ewwel finali fi żmien sentejn.
Fil-kategorija Open, George Ebejer irnexxielu jasal sal-finali fejn kien megħlub minn Saverio Bari. Jean Tabone wasal sas-semifinali fejn kien megħlub mill-istess Bari.
Mark Gauci wasal sal-kwartifinali ta’ din il-kompetizzjoni wara li fil-ġimgħa li għaddiet wasal sal aħħar 16 fil-Grand Prix tal-Greċja.
Fil-kategorija tal-Veterani, Charles Aquilina wasal sas-semifinali. Jason Pisani wasal sal kwartifinali filwaqt li John Zammit wasal sas-stadju tal-barrage. Joseph Mifsud kien eliminat fil fażi tal-gruppi.
Il-vjaġġar tal-atleti Maltin ikompli jkun possibbli grazzi għall-għajnuna ta’ SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti.