It-tieni ġurnata tat-tazza tan-nazzjonijiet 2025 li qed issir fi Bridlington kienet waħda pożittiva hekk kif it-timijiet Maltin rebħu sebgħa minn għaxar konfronti li lagħbu. Saħansitra f’żewġ partiti minnhom, it-tim tal-irġiel kien kien qed jitlef u rnexxielu jagħmel rimonta sabiex kisbu żewġ rebħiet konsekuttivi.
It-tim A tal-irġiel rebħu bl-istess skor ta’ 13-12 kontra Wales A u l-Ingilterra A filwaqt li t-tim B għelbu lill-Iskozja B1 13-12 u 16-6 kontra l-Irlanda ta’ Fuq B.
It-tim A tas-Seniors kellhom rebħa ta’ 15-10 kontra Belġju A għalkemm tilfu kontra l-Iskozja A 16-9. Mill-banda l-oħra, it-tim B tas-seniors għelbu lill-Belġju 18-7.
Finalment fil-Masters, it-tim A tilef 15-10 kontra l-Iskozja u 13-12 kontra l-Irlanda filwaqt li rebħu lil Shetland 15-10.
Sadanittant dan hu l-programm tat-timijiet Maltin għal-lum:
9:00 – Seniors – Katalunja A vs Malta A
11:00 – Seniors – Malta B vs Irlanda ta’ Fuq B
11:00 – Irġiel – Malta B vs Irlanda ta’ Fuq B1
15:00 – Masters – Awstralja A vs Malta A
18:00 – Irġiel – Malta B vs Skozja B
18:00 – Irġiel – Malta A vs Awstalja A
22:00 – Masters – Malta A vs Irlanda ta’ Fuq A