Il-21 edizzjoni ta’ LIQUORISH, fejn f’pajjiż ta’ sbuħija mmensa, l-parteċipanti ta’ din is-sena se jidħlu għal sfida b’differenza.
Waqt LIQUORISH ta’ din is-sena, l-parteċipanti mhux se jinnavigaw l-esperjenza waħidhom, iżda bħala koppji. Minn miżżewġin, għal ħbieb, aħwa u kollegi fuq il-post tax-xogħol.
Dawn il-koppji ser jgħixu din l-esperjenza, jaffaċjaw l-isfidi u jgawdu flimkien bħala pijunieri ta’ din id-dimensjoni ġdida ta’ LIQUORISH
LIQUORISH, fejn l-avventuri, jsiru leġġendi u l-memorji ma jintnesew qatt, se jixxandar kull nhar ta’ Tnejn, mis-7 t’April fid-8:45pm, kif ukoll aġġornament qasir kuljum mit-Tlieta sal-Ġimgħa fit-8:25pm b’repetizzjoni fit-7:50am u l-4:55pm