B’reazzjoni għas-surplus ekonomiku tal-Fond Konsolidat tal-Gvern, id-Direttur Ġenerali tal-Malta Employers Association, Joe Farrugia qal li din hija aħbar tajba ħafna.
Huwa spjega li f’pajjiżna mhux biss hawn tkabbir ekonomiku iżda anke hawn rekord baxx ta’ qgħad, stqarr li huwa importanti li l-Gvern jassigura sostenibbilità. F’isem il-Malta Employers Association, spjega li llum il-ġurnata l-problema m’għadiex li ż-żgħażagħ ma jsibux impjieg iżda li l-kumpaniji qed isibu problema li jsibu aktar nies x’jimpjegaw.