Il-Partit Nazzjonalista kompla bl-attakk tiegħu fuq il-Festival Mużika Mużika.
Din id-darba permezz tad-Deputat Justin Schembri li fuq il-gazzetta Nazzjonalista tal-Erbgħa ppubblika artiklu opinjoni sabiex b’hekk kompla ma’ dak li qal is-Segretarju Ġenerali Charles Bonello fejn iddeskriva l-istess Festival ma’ dak li jiġri fil-Korea ta’ Fuq.
L-Erbgħa filgħodu, Justin Schembri ppubblika artiklu bit-titlu “Nistgħu Nkunu Aħjar.”
Botta diretta lejn l-organizzaturi tal-festival Mużika Mużika. Dan hekk kif fi kliemu sostna li “wieħed jiddubita jekk din kinetx għażla għaqlija għal serata li żgur għandha tkun elevata ’l fuq mill-politika.”
Dan b’referenza ċara lejn id-daqq tal-kanzunetta ‘Tema 79’ minn Mary Spiteri u li ġibdet lejha reazzjoni mill-aktar pożittiva mill-pubbliku.
Dwar id-daqq ta’ din il-kanzunetta f’forma ta’ talba, Schembri sostna wkoll li “ċertament, li nistgħu nkunu maturi biżżejjed, u nistgħu nkunu aħjar, bħala poplu wieħed.
Propju l-Ħadd li għadda, is-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-Partit Nazzjonalista qabbel il-festival Mużika Mużika ma’ dak li jiġri fil-Korea ta’ Fuq.
Segwi dak li qal Charles Bonello:
Intant, Schembri rrimarka wkoll li “kienet pjuttost redikola u barra minn lokha,” l-introduzzjoni tal-Prim Ministru Robert u l-Ministru Owen Bonnici li għażlu juru s-sapport tagħhom lill-mijiet ta’ ħaddiema, artisti u organizzaturi li tellgħu dan il-festival b’tant suċċess.
Sadanittant fl-ebda parti mill-artiklu opinjoni tiegħu mal-istess Deputat Nazzjonalista ma ġġustifika l-bojkott tal-Kap tal-Oppożizzjoni waqt iċ-ċerimonja uffiċjali ta’ Jum il-Ħelsien li saħansitra attendiet għaliha l-President ta’ Malta.
Normalment għal din iċ-ċerimonja l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż isellmu lil Malta Ħielsa. Minflok Bernard Grech bagħat bil-karozza tal-Kap tal-Oppożizzjoni lid-Deputat Nazzjonalista David Agius.