Jesmond Pulis ta’ 53 sena minn Ħaż-Żabbar ġie kkundannat ħames snin ħabs wara li nstab ħati li kien jgħaddi l-karozzi mit-test tal-VRT b’mod qarrieqi.
Filfatt fil-Qorti ġie spjegat li s-sid tal-kumpanija VRT XTC lanqas biss kien jagħmel it-test lil karozzi u minflok kien jaqbad jgħaddihom mal-ewwel.
Pulis anki ġie mixli li impjega nies mingħajr kuntratt validu li xi drabi meta kien imsiefer kien iħalli lil impjegat jiffirma f’ismu.
Filwaqt li l-akkużat kien riċediv, apparti s-sentenza ta’ priġunerija ġie immultat għaxar t’elef ewro u tneħħietlu l-liċenzja tal-garaxx tal-VRT.