Jason Micallef ta’ 22 sena minn Bormla nżamm taħt arrest preventiv wara li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu f’ordni tal-Qorti li ħarġet f’Diċembru tal-2014.
Huwa kien spiċċa l-Qorti wara li ħebb għal pulizija, ħarab mill-kustodja tal-pulizija u saq karozza mingħajr liċenzja u polza tal-assigurazzjoni.
Micallef kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu fosthom ma kienx imur jiffirma fl-għassa u fis-17 ta’ Marzu li għadda naqas li jidher il-Qorti.
Minflok bagħat lil ommu l-Qorti u qalilha tgħid lil Maġistrat li jħossu ma jiflaħx iżda fl-istess jum mar jiffirma fl-għassa tal-Pulizija.
Fid-dawl ta’ dan, il-Qorti ordnat li l-akkużat jinżamm taħt arrest preventiv wara li kiser il-fiduċja tal-istess Qorti.