Il-Ministru Clint Camilleri ħabbar li għal darb’oħra l-Qorti ċaħdet il-mandat t’inibizzjoni intavolat mill-BirdLife Malta sabiex ma ssir ebda diskussjoni fil-Kumitat Ornis fir-rigward tal-kaċċa fir-rebbiegħa għall-gamiem.
Huwa saħaq li għalhekk jistenna l-eżitu tad-dikussjoni dwar is-suġġett fil-Kumitat Ornis li se jkun qiegħed jiltaqa’ iktar tard illum sabiex sussegwement il-Gvern ikun qiegħed jieħu d-deċiżjoni finali dwar il-ftuħ tal-kaċċa tal-gamiema u s-summiena fir-rebbiegħa.
Ara wkoll: