F’laqgħa mal-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Valdis Dombrovskis, faħħar lil Malta u l-impenn tal-Gvern għal mod ta kif elimina d-defiċit u kif Malta irreġistrat surplus.
Hu qal li Malta qed tagħmel xogħol eċċellenti fil-Presidenza. Dombrovskis faħħar ukoll it-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna u t-titjib konsiderevoli fir-rata ta’ qagħad.
Preżenti waqt il-laqgħa kien hemm il-Viċi Prim Ministru Louis Grech u l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna.
Segwi hawn il-kumment hawn isfel.