Koppja Filippina, Manaois Jossie Magpantay ta’ 46 sena u Leonelu de Luna de Ramos ta’ 44 sena weħlu sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin u se jiġu ddeportati mill-pajjiż.
Dan wara li fil-Qorti ammettew li kellhom fil-pussess tagħhom passaporti li mhumiex tagħhom.
Il-Prosekussjoni mmexxija mill-Ispettur Karl Roberts spjega li 41 passaport ta’ ċittadini Filippini nstabu fid-dar tal-koppja fil-Ħamrun.
Ġie spjegat li l-Pulizija rċeviet rapporti li dawn kienu qed isellfu flus u jżommu l-passaporti tagħhom biex jiżguraw li dawn jħallsu lura.
Il-koppja ġiet arrestata l-Erbgħa, waqt rejd fir-residenza fejn tgħix il-koppja u minbarra l-passaporti nstabu wkoll ammont ta’ flus kontanti.