Komplew l-impenji tal-Prim Ministru Joseph Muscat, li f’dawn il-jiem għaddej b’serje ta’ laqgħat ma’ entitajiet u mexxejja Ewropej.
F’laqgħa dalgħodu mal-Prim Ministru tar-Rumanija, Klaus Iohannis, il-Prim Ministru Joseph Muscat innota kif din il-laqgħa ġiet 24 siegħa qabel laqgħa f’Malta mal-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk f’Malta. Fejn se jibdew jitfasslu l-linji gwida għas-summit tad-29 t’April dwar Brexit.
Brexit li ddominat l-ewwel ftit minuti ta’ din il-laqgħa bilaterali. Barra minn hekk il-Prim Ministru Joseph Muscat innota li hu se jkun qed iħares ‘il quddiem għal diskussjoni dwar ir-relazzjoni bejn iż-żewg pajjiżi.
Minn naħa tiegħu il-President Rumen innota l-ħidma estremament attivà ta’ pajjiżna fil-kuntest Ewropew. Approċċ, sostna, li jgħin lill-Unjoni.
Tenna kif fl-aħħar jiem laqa’ lill-Prinċep ta’ Wales f’Bucharest, fejn kellu l-opportunità li jitkellem miegħu dwar il-kwistjoni ta’ Brexit fost oħrajn.
Kwistjoni li tenna, hi ta importanza ferm għall-Unjoni u l-pajjiżi membri. Għaldaqtsant tenna li jħares ‘il quddiem għal-laqgħat dwarha fejn se jfasslu linji gwida biex jintlaħaq riżultat sostenibbli.
Ritratt: Kevin Abela – DOI