Għal sena oħra l-klabb tar-regatta tal-Kalkara se jkun fost il-proragonisti ta’ Kategorija B hekk kif jinsab armat tajjeb fit-tiġrijiet kollha.
Kalkara se jieħdu sehem ukoll fi tliet tiġrijiet ta’ Kategorija A filwaqt li, minħabba cirkustanzi li nqalgħu, mhux se jkunu qed jieħdu sehem fil-Kategoirja tan-Nisa.
F’Kategorija B, Kalkara għandhom qaddiefa mill-Under 18, bl-iżgħar qaddief huwa Larson Abela li għad għandu 12-il sena. Is-sena li għaddiet huma kienu rebħu din il-kategorija meta spiċċaw indaqs fil-punti mal-klabb tal-Birgu.
Għal din is-sena, Kalkara għamlu żewġ akkwisti, hekk kif ħadu b’self lil Neil Aquilina mingħand Bormla filwaqt li ħadu wkoll lil Edilson Aquilina mingħand il-Birgu.

Il-crews kollha ta’ Kategoija B huma:
Ta’ bi Tnejn: Neil Aquilina / Josef Calamatta
Kajjiki: Kieran Bonnici / Shayam Tabone
Tal-Midalji: Edilson Aquilina / Kohath Mallia / Neil Aquilina / Jonathan Falzon
Frejgatini: Kohath Mallia / Edilson Aquilina / Deshaja Mifsud (tmuniera)
Ta’ b’Erbgħa: Denzil Mifsud / Diego Grima / Mauro Desira / Larson Abela
Il-qaddiefa ta’ Kategorija A huma:
Ta’ bi Tnejn: Gilmoire Buttiġieg / Godwin Buttiġieġ
Kajjik: Kurt Vassallo / Christian Bugeja
Ta’ b’Ebgħa: Calvin Reitano / Paul Żammit / Gerald Micallef / Matthew Lofreda

Bħalissa hemm attivita’ kbira fil-klabb ta’ Kalkara u f’dawn l-aħħar xhur komplew jagħmlu xogħol ta’ ristrutturar fil-faċilitajiet tagħhom, b’mod speċjali l-gym.
Ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien se ssir nhar it-Tnejn 31 ta’ Marzu fil-Port il-Kbir. L-ewwel tiġrija tibda fis-13:00.






