Żewġ ajruplani tal-Air Force Franċiża ħabtu waqt li kienu qed jippruvaw stunt fl-ajru.
Dan seħħ qrib il-bażi navali ta’ Saint-Dizier fil-Lvant ta’ Franza t-Tlieta wara nofsinhar waqt provi li kienu jinvolvi sitt Alpha Jets mill-Patrouille de France.
Filmati juru kif dawn il-grupp ta’ ajruplani kienu qed jagħmlu waħda mill-istunts aerobatiċi li fiha jisparaw duħħan ikkulurit meta tnejn mill-ġettijiet ħabtu fl-arja.
Iż-żewġ ajruplani kraxxjaw u kienu kompletament distrutti iżda ż-żewġ piloti u passiġġier li kien magħhom irnexxielhom jisparaw ruħhom ’l barra u nstabu konxji. Skont rapporti, tnejn minnhom li kienu fi stat ta’ emerġenza ittieħdu fi sptar qrib filwaqt li t-tielet persuna li sofriet minn diversi ġrieħi kienet qed tiġi trattata mill-armata.
Wieħed mill-ajruplani waqa’ fuq silo li nħakem minn nirien.
Wara li bdiet il-gwerra fl-Ukrajna, Franza kienu qed jużaw dawn it-tip ta’ ajruplani sabiex jittrenjaw lill-piloti Ukreni.
F’Awwissu tas-sena l-oħra, żewġ bdoti Franċiżi mietu wara li l-ajruplani tagħhom ħabtu fl-arja fil-Lvant ta’ Franza f’inċident rari li jinvolvi ajruplani militari.