Wara ġimgħat ta’ awdizzjonijiet, intagħżlu l-34 parteċipant li ser ikomplu l-avventura waqt BRILLANTI SINGERS sabiex jittantaw xortihom u jirbħu total ta’ €30,000! Kienet taqtigħa ħarxa u diffiċli iżda l-ebda kwart ta’ finalist ma jaf x’hemm lest għalih fil-programm ta’ din il-ġimgħa.
X’ser tkun l-isfida diffiċli li Joseph u t-tim tiegħu ta’ BRILLANTI SINGERS ħejjew għal dawn il-parteċipanti ta’ talent enormi? Is-sigriet inzamm sal-aħħar hekk kif dawn il-parteċipanti sebħu ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi sabiex jaffrontaw sfida mill-isbaħ – sfida li żgur ser twassal sabiex jintagħżlu verament l-aqwa 12 il-semifinalist f’din l-avventura unika u spettakolari.
Din ser tkun sfida li bħala qatt ma kien hawn – sfida li bla dubju ser toħroġ il-veru Brillanti! X’ ser jiġri? Għaliex ser ikun hemm il-parteċipazzjoni ta’ wiehed mill-aqwa pjanisti fil-gżejjer tagħna Aleandro Spiteri Monsinieur?
U qabel ma tibda din l-isfida, x’sorpriża unika għandha l-kantanta Taljana Verdiana?
BRILLANTI SINGERS, il-Kwarti-finali, l-Erbgħa 26 ta’ Marzu fid-8:45pm fuq ONE