Bernard Grech u l-Partit Nazzjonalista jaqblu mal-Partit Popolari Ewropew, l-EPP – li jagħmlu parti minnu – dwar xiri ta’ armi b’self.
Dan hekk kif il-Partit Nazzjonalista, għamel tiegħu stqarrija tal-EPP. B’din ġiet imsejħba bħala kisba ta’ Bernard Grech.
F’konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista, li preżenti għaliha kien hemm Beppe Fenech Adami, ġurnalista ta’ dan l-istazzjon ikkwotat kelma b’kelma din l-istqarrija tal-EPP.
B’Fenech Adami ma wera ebda nuqqas ta’ qbil, anzi saħansitra qal li din saret bis-saħħa ta’ Bernard Grech, biex b’hekk ikkonferma l-veru pożizzjoni tal-Oppożizzjoni b’rabta mal-armamenti – dik favur is-self għax-xiri tal-armamenti.
ĠURNALISTA: “Din kisba ta’ Bernard Grech?”
BEPPE FENECH ADAMI: “Bis-saħħa ta’ Bernard Grech jekk tara l-istqarrija aħħarija tal-EPP…”
Hawn, id-deputat Nazzjonalista qal ċar u tond li fl-Unjoni Ewropea qed jitkellmu fuq mekkaniżmu biex isir self biex jiġi investit fuq id-difiża ta’ pajjiżna… ta’ pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea – b’Fenech Adami jagħmel tiegħu din l-istess pożizzjoni.
“Fl-Unjoni Ewropea qed jitkellmu fuq mekkaniżmu biex isir self biex jiġi investit fuq id-difiża ta’ pajjiżna… ta’ pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea.”
Beppe Fenech Adami – Deputat Nazzjonalista
Darren Carabott, li indirizza din il-konferenza flimkien ma’ Beppe Fenech Adami, ħass li għandu jgħid tiegħu lejn l-aħħar tal-konferenza, meta l-ġurnalista ta’ ONE reġġgħet ipprovat tistaqsi lil Fenech Adami, billi dawwarha fuq il-Gvern Malti.