Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech “ma kienx mexxej b’saħħtu”.
“He wasn’t a powerful leader.”
REKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan kien is-sentiment li ħareġ minn kitba fuq l-Independent tal-Ħadd, minn missier is-sieħba tal-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia, Emmanuel Galea, li għal darb’oħra f’dawn l-aħħar ġimgħat, reġa’ ħareġ qagħtih kontra t-tmexxija ta’ Bernard Grech u l-fjakkiżmu ta’ direzzjoni li l-Partit Nazzjonalista qabad.
Fil-fatt, hu rrimarka li din it-triq għan-niżla min-naħa tal-Partit Nazzjonalista ilha li bdiet mill-2008, u mhux minn wara r-rebħa kbira tal-Partit Laburista fl-2013.
“The Nationalist Party lost its grip on power in 2013, but the actual damage started in 2008.”
Ironikament, din hija l-istess direzzjoni li fil-preżent ħa l-Partit Nazzjonalista, l-ewwel bit-tmexxija tal-Kap de Facto Karol Aquilina, imbottat mill-establishment Nazzjonalista, imbagħad bil-ħatra Charles Bonello ta’ GonziPN bħala Segretarju Ġenerali.
Din il-politika qarrieqa ġiet irrimarkata wkoll fil-kitba ta’ Galea, fejn fakkar fl-aħħar ħames snin ta’ Gvern Nazzjonalista taħt it-tmexxija ta’ Lawrence Gonzi, fissru ħames snin ta’ kontijiet għolja tad-dawl u ilma, ġenn fit-trasport pubbliku, permessi b’lura fil-MEPA, pożizzjoni kontra l-kaċċa, u qasma interna fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.
“Losing credibility with rising utility bills, transport chaos, a swelling backlog of Planning Authority permits, anti-hunting stance, and internal divisions.”
Galea żied jgħid li minkejja dan kollu, filwaqt li l-Partit Laburista wiegħed bidla, il-Partit Nazzjonalista kompla aktar jaqa’ f’pataflun ta’ battalji interni u kapijiet fjakki – u hu għalhekk li l-poplu kien, għadu, u se jibqa’ jara Oppożizzjoni maqsuma bla pjan u bla kap.
“People see a divided opposition with no coherent plan, no inspiring leadership”
Sostna li l-Partit Nazzjonalista tilef kull sens ta’ identità. Dan għaliex skont, il-Partit Nazzjonalista jrid Kap li jitkellem man-nies u mhux biss dawk li jimmilitaw fil-partit.
“PN needs a leader who connects with people, not just party insiders.”
Hu temm jenfasizza li l-istorja ma tista’ qatt taħfer lill-amministrazzjoni preżenti Nazzjonalista – amministrazzjoni mimlija rjus kbar, politika ta’ mibgħeda, u tmexxija bla direzzjoni.
“History may never forgive the current administration”