Il-mezzi tax-xandir u persuni mill-pajjiż kellhom jiltaqgħu miegħu f’ċirkostanzi traġiċi.
Dan li jidher fir-ritratt huwa Paul Consiglio, l-anzjan ta’ 71 sena li miet wara li ttajjar minn vettura, Triq l-Ingiered, viċin San Vincenz de Paule, fejn kien qed jgħix.
Hawn kien għadu iżgħar, iżda min qatt kellu jobsor li ħajtu kellha tintemm ħabta u sabta? L-inċident dalgħodu ħasad lil sħabu u qrabatu.
Infatti dan ir-ritratt ittella’ minn neputi li qal li l-funeral se jsir nhar il-Ġimgħa fl-għaxra fl-Addolorata.