Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru f’Malta l-Kampjonat tal-Weightlifting għall-Pajjiżi ż-żgħar tal-Ewropa u l-Kampjonat Internazzjonali Open.
Dawn iż-żewġ avvenimenti se jsiru fil-kumpless il-ġdid tal-Weightlifting il-Marsa.
B’kollox se jieħdu sehem mal-125 atleta minn 15-il pajjiż differenti.
Il-kompetizzjonijiet se jibdew is-sibt fid-9 ta’ filgħodu, iżda fis-2 ta’ wara nofs-in nhar se ssir iċ-ċerimonja tal-ftuħ. Ċerimonja li se tfakkar ukoll il-50 anniversarju mit-twaqqif tal-Assoċjazzjoni Maltijsa tal-Weightlifting.
Il-pajjiżi parteċipanti fil-Kampjonat tal-Pajjiżi ż-Żgħar huma: l-Islanda, Ċipru, San Marino, Lussemburgu, Monaco, u l-Faroe Islands.
Il-pajjiżi li se jieħdu sehem fl-Open Internazzjonali huma: l-Ingilterra, Skozja, Wales, Irlanda, Rumanija, danimarka, Ġermanja u Belġju.
PROGRAMM
Is-Sibt 22 ta’ Marzu 2025
- 09:30 — Women Group 1
- 11:30 — Men Group 2 (Nathan Mifsud)
- 15:00 — Women Group 3 (Kim Camilleri Lagana)
- 17:00 — Men Group 4
Il-Ħadd 23 ta’ Marzu 2025
- 09:30 — Men Group 5
- 11:30 — Women Group 6 (Tenishia Thornton and Roberta Tabone)
- 14:00 — Men Group 7 (Rylee Borg and Vlad Baldacchino)
- 16:00 — Women Group 8

Iċ-Ċentru l-ġdid tal-Weightlifting fil-Marsa
