Illum, għexieren ta’ nies inġabru biex jagħtu l-aħħar tislima lil Redeemer Tesi, żagħzugħ ta’ 21 sena li spiċċa vittma tat-triq. Jispikkaw il-karozzi armati tal-ħbieb ta’ Tesi li llum fis-12.30pm qabel ma ngħata bidu għall-funeral iltaqgħu flimkien bil-karozzi tagħhom biex iselmu lil ħabib tagħhom. Filfatt, Redeemer kien dilettant tal-karozzi.
Iżda ħadd ma kellu jgħidlu li kellha jkun fil-karozza li tant kient għal qalbu li ħajtu kienet se tintemm. Fl-aħħar jiem rajna numru ta’ kummenti fuq facebook li fi ftit linji jiddeskrivu l-karattru taż-żagħżugħ u l-imħabba li kellu lejn sħabu, fosthom dak ta’ Cesko Bonnici li stqarr li Redeemer kien bħal qisu ħuħ. Żgur li l-ġurnata tal-Ħadd, għal ħbieb u qraba ta’ Redeemer, se tibqa immarkata bl-iswed fil-kalendarju.
Wara l-funeral tal-mibki Redeemer, ssokktaw il-kummenti mill-qraba u l-ħbieb li minkejja li din kienet l-aħħar tislima, l-memorja tiegħu se tibqa’ tgħix magħhom għal dejjem.