Erba’ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei, wara li tfajla ta’ 21 sena mill-Belt Valletta tilfet il-kontroll tal-karozza, li kienet qed issuq fil-Belt Valletta stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin kwart ta’ waranofshinar, f’Misraħ Sant Iermu.
Fuq il-post marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li t-tfajla tilfet il-kontroll tal-karozza u baqgħet dieħla f’ħajt.
Fil-karozza magħha kien hemm tfajla oħra ta’ 24 sena li tgħix Raħal Ġdid, li wkoll ittieħdet l-Isptar għal aktar kura.
Minn informazzjoni li kiseb ONE News, ittieħdu wkoll l-isptar, żewġ barranin hekk kif allegatament intlaqtu mill-karozza.
Il-kundizzjoni tal-persuni għada mhiex magħrufa, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.