Ir-Russja laqgħet il-proposta ta’ pawża ta’ attakki fuq l-infrastruttura li tipprovdi l-enerġija imma ma laqgħetx it-talba għall-waqfien mill-ġlied.
Dan ħareġ minn rapporti dwar telefonata li damet madwar sagħtejn bejn il-President Amerikan Donald Trump u dak Russu Vladimir Putin.
Fil-fatt, Putin ma aċċettax li jiffirma l-ftehim għall-waqfien mill-ġlied għal xahar, li ġie diskuss u maqbul mal-Ukrajna minn negozjaturi Amerikani fl-Arabja Sawdija.
Putin tenna li biex jaċċetta dan il-ftehim, l-alleati tal-Ukrajna jridu jieqfu jgħaddu l-intelliġenza u l-għajnuna militari lill-forzi Ukreni.
Din hija l-kundizzjoni ewlenija li Putin qiegħed iressaq ‘il quddiem sabiex tinkiseb il-paċi.
Madanakollu, intlaħaq ftehim biex ir-Russja u l-Istati Uniti jinnegozzjaw biex potenzjalment jieqaf il-ġlied fil-Baħar l-Iswed.
Din it-telefonata però ġiet ikkritikata wkoll, fosthom mill-Ministru għad-Difiża Ġermaniż li sostna kif l-aħħar żviluppi m’huma xejn għajr il-logħba li qed jilgħab Putin.
Sadanittant, mistenni li nhar il-Ħadd jissoktaw taħtidiet ġodda fl-Arabja Sawdija mmexxija mill-Istati Uniti.