Fi stqarrija mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi ntqal ġie kkonfermat każ ta’ tuberkoliżi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Ġie spjegat li l-Ħadd, priġunier ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li żviluppa xi sintomi li eventwalment ġew ikkonfermati bħala sintomi ta’ tuberkolożi.
L-Aġenzija qed tieħu l-prekawzjonijiet kollha tant li sar il-contact tracing ta’ tliet ġimgħat u saru testijiet mediċi lil 82 persuna, li kollha rriżultaw fin-negattiv.
Intqal li l-prijorità tal-Aġenzija hija s-saħħa tal-uffiċjali u tal-pruġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.