Permezz ta’ stqarrija fuq Facebook, il-Partit Laburista ħabbar li, b’turija ta’ rispett lejn l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona, fl-okkażjoni tal-funeral tiegħu nhar is-Sibt, 22 ta’ Marzu, mhux ser jorganizza l-Open Day fl-Imtarfa li kienet ippjanata bħala parti mill-attivitajiet ta’ Jum il-Ħelsien.
L-Open Day, bi żjarat bla ħlas fit-Torri tal-Arloġġ u l-esebizzjoni kommemorattiva fiċ-Ċentru ghall-Interpretazzjoni fl-Imtarfa, se ssir il-Ħadd 23 ta’ Marzu mid-9am ‘il quddiem, qabel u wara l-attività politika tal-Partit Laburista.