Fi stqarrija mill-Gvern tħabbar li l-aħħar tislima lill-Monsinjur Pawlu Cremona se ssir nhar is-Sibt 22 ta’ Marzu fid-9:30am b’quddiesa presente cadavere fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Dan permezz ta’ funeral, li se jiġi organizzat mill-Istat u l-Knisja, kif tħabbar dalgħodu mill-Prim Ministru Robert Abela f’kitba fuq Facebook.
Fl-istqarrija ntqal ukoll, li s-Sibt li ġej se jkun ukoll jum ta’ luttu.
Aktar dettalji b’rabta mat-tislima lejn Mons. Cremona jitħabbru iżjed ’il quddiem.
AQRA AKTAR: