Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Chris Cardona flimkien ma’ membri oħra tal Amminisrazzjoni tal-Partit Laburista żammew laqgħa mal-Forum Unjins Maltin fejn matulha Chris Cardona enfassiza l-ħtieġa tad-djalogu bejn il-partijiet kollha, djalogu li kien parti mis-suċċess li qed jikseb dan il-Gvern għax kien, għadu u se jibqa’ jisma’. Minkejja dan, issokta jgħid id-Deputat Mexxej Laburista, dan il-Gvern ma jibżax jieħu d-deċiżjonijiet, deċiżjonijiet fejn ikun hemm bżonn, deċiżjonijiet li propju jittieħdu wara li jkun sema’.
Cardona fisser kif bħalissa zgur hawn qbil fuq is-suċċess li nkiseb u qed ikompli jinkiseb fis-suq tax-xogħol fejn għandna sitwazzjoni fejn f’pajjiżna hawn aktar opportunitajiet ta’ xogħol milli hawn nies jirreġġistraw, iżda xorta waħda l-Gvern se jkompli jaħdem għall-xogħol li jkun ta’ kwalità u se jissokta bil-ġlieda tiegħu kontra x-xogħol prekarju.
Fl-aħħarnett il-Ministru Cardona fisser kif dawn il-laqgħat huma importanti għax matulhom ikun hemm skambju ta’ ideat.
Min-naħa tiegħu l-President tal-Forum Unjins Maltin, Kevin Bonello esprima s-sodisfazzjon tiegħu kif bosta mizuri li ħarġet bihom il-Konfederazzjoni kienu filatt implimentati minn dan il-Gvern u l-istess Konfederazzjoni se tkun qed tibgħat aktar ideat. Huwa appella sabiex il-livell tal-politika llum ma jibqax dak li hu għax qed jitnaffru ħafna persuni milli jidħlu fil-politika meta jaraw l-attakki li qed isiru.