Il-konklużjonijiet tal-inkjesta amministrattiva maħtura mill-Prim Ministru, immexxija mill-Imħallef Irtirat Geoffrey Valenzia, li ġiet konkluża u ppubblikata llum, ikkonfermat li l-Ministru Byron Camilleri aġixxa kif għandu jaġixxi Ministru b’rabta mal-ħażna tad-droga ta’ reżina tal-kannabis fil-Kwartieri tal-Forzi Armati ta’ Malta għaliex ma kienx l-irwol tal-Ministru li jidħol f’liema miżuri ta’ sigurtà jittieħdu.
Bl-Imħallef irtirat Geoffrey Valenzia qal ukoll li l-Ministru Byron Camilleri jemmen fl-irġulija u kien għalhekk li minkejja li ma kienx direttament involut, kien lest li jġorr ir-responsabbiltà u kien offra lil Prim Ministru r-riżenja tiegħu li pero ma ġietx aċċettata.
Bl-inkjesta stabbilixxiet li “f’dan il-każ il-Ministru Byron Camilleri ħass li anke jekk ma kienx direttament involut, hu jemmen fl-irġulija, u kien lest li jġorr ir-responsabbiltà u kien offra lil Prim Ministru r-riżenja tiegħu li però ma ġietx aċċettata. Il-Ministru spjega li s-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tiegħu kienet ċemplitlu dwar it-talba biex droga li kienet f’idejn il-Qorti tiġi trasportata l-AFM u hu qalilha “treat with caution” u biex titkellem mal-Brigadier u jirranġaw bejnithom. Minn dakinhar ‘l hemm, hu ma ġiex aktar infurmat la li ġiet aċċettata dik it-talba tal-Qorti mill-Brigadier, lanqas fejn ħadu d-droga u x’sigurtà ttieħdet. Ir-rwol tal-Ministru mhijiex li jindaħal fl-investigazzjonijiet jew liema miżuri ta’ sigurtà għandhom jittieħdu. Hemm persuni fil-pajjiż imħarrġa mill-Istat stess biex jieħdu ħsieb is-sigurtà tal-pajjiż. Ir-rwol tal-Ministru hija l-policy mhux it-teknikalitajiet ta’ sigurtà.”
Għalhekk, dwar il-Ministru Byron Camilleri, l-inkjesta amministrattiva mhux biss ma tagħtu ebda ħtija għal dak li wassal għall-akkadut, imma kkonfermat ukoll li aġixxa kif għandu jkun għaliex l-irwol tiegħu hija l-policy u mhux it-teknikalitajiet tas-sigurtà.
B’reazzjoni għal dan, fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, il-Ministru Byron Camilleri qal li “l-verità dwari ħarġet.”
Dan fl-isfond tal-attakk li l-Partit Nazzjonalista fetaħ fuq il-Ministru Byron Camilleri li għal darb’oħra għażlet li tkun populista mingħajr rispett lejn xogħol il-Pulizija u l-proċess tal-investigazzjoni biex titwettaq ġustizzja.
B’Malta kollha taf li l-Partit Nazzjonalista ma jitlifx okkażjoni waħda biex jattakka lill-Korpi Dixxiplinati u biex jagħmel minn kollox ballun politiku, u din kienet okkażjoni oħra f’sensiela.
Il-pajjiż għandu Oppożizzjoni perikoluża għaliex anke fuq l-iktar affarijiet serji, taqa’ partiġjana u tibbaża l-politika tagħha fuq is-sensazzjonaliżmu u mhux fuq il-fatti.
Ara wkoll: