“Is-serqa saret ghax is-suldat li kien għassa fuq il-monitor bil-cameras ma għamilx xogħolu għax minflok qagħad constant monitoring kif kellu jagħmel, qagħad jara film ta’ sagħtejn fuq it-tablet b’earphones; għamel kwarta oħra mat-tfajla fuq il-mobile u anke sajjar fil-kitchenette u kiel u bejn il-11.25pm u 2.50am, ma għamilx patrol oħra jew iċċekkja l-container għax kieku kien jinduna li saret is-serqa. Dan kollu joħroġ miż-żewġ statements li għamel is-suldat fejn ammetta li ma għamilx constant monitoring dak il-lejl. L-area kienet kollha covered bil-cameras u l-cameras kollha kienu qed jaħdmu u kienu ċari u kienu fixed fuq il-container 24/7.
Għalkemm is-suldat qal li ma rax ħallelin minn fuq il-monitor dak il-lejl imma meta urewh il-playback tal-film hu kkonferma li kien qed jara l-ħallelin jaqtghu s-siġilli u deħlin u ħerġin mill-container u anke seta’ jara d-dawl tat-torches li l-ħallelin kienu qed jużaw. Il-cameras kienu ħadmu. Kieku s-suldat kien qed iħares lejn il-monitor kif kellu jagħmel, u anke jekk ma kienx attent ftit mumenti, żgur li kien jinduna f’temp ta’ sagħtejn jew aktar li ged issir serqa mill-container u jagħti I-alarm.”
L-Imħallef irtirat Geoffrey ValenziaREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kien dan li kkonkluda l-Imħallef irtirat Geoffrey Valenzia fl-inkjesta amministrattiva li ħatar il-Prim Ministru dwar il-fatti u ċ-ċirkostanzi li wasslu għas-serqa ta’ reżina tal-kannabis li kienet maħżuna fil-Kwartieri tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Ħal Safi, fil-lejl ta’ bejn it-22 u t-23 ta’ Frar, 2025. Inkjesta li hi indipendenti mill-investigazzjonijiet kriminali u jew proċedimenti legali oħra bħall-inkjesta Maġisterjali.
Inkjesta li minnha rriżulta li s-serqa hija riżultat li s-suldat li kien għassa fuq il-monitor, b’bosta cameras, ma għamilx xogħolu. Dan filwaqt li stabbilixxiet ukoll li “fil-kamra fejn kienu għassa kien hemm tlett suldati, tnejn isfel u wieħed fuq. Ta’ fuq kien bir-rest, ieħor suppost qed iħares lejn il-monitor u ieħor viċin tiegħu fuq sufan suppost rest imma kien rieqed. [rest ma jfissirx li torqod għal sagħtejn] Dan suppost jieħu post dak li jkun fuq il-monitor jekk dan irid jiċċaqlaq jew imur jagħmel ir-ronda.
F’dan il-każ is-suldat li kien mal-monitor qal li biex ma jqajjimx lil sieħbu li kien maġembu rieqed minflok rest, ra l-film bil-headphones biex żgur l-ieħor ma jisimgħux jew ma jqajjmux imma fl-istess ħin hu bl-earphones ma kienx se jisma’ dak li qed jiġri barra.
Kieku I-bumbardier li kien maġembu ma ragadx dawk is-sagħtejn jew tlieta kollha kien jinduna li sieħbu ma kienx qed jagħmel xogħolu imma kien ged jara film u li lanqas ħareġ patrol. Huma kellhom bil-miktub x’kellhom jagħmlu u l-cameras kienu jafu iħaddmuhom. Kellhom il-Guide Duties Standing Orders kif ukoll specific order, 1-Orders For Faith Lines Guards Third Party Storage Container: Dawn ta’ l-aħħar ħarġu meta l-container tpoġġa hemm.”
B’dan juri li minkejja li l-Gvern ta r-riżorsi kollha lil dawn il-ħaddiema inkwistjoni, kemm fl-għodda li jużaw iżda anke fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-ħaddiema kienu negliġenti u fi kliem Valenzia wasslu biex ma rrapportawx b’mod immedjat jew għajtu rinforzi meta saret is-serqa.
L-inkjesta stabbilixxiet ukoll li l-Ministru Byron Camilleri aġixxa kif suppost kellu jaġixxi Ministru dwar il-ħażna ta’ din id-droga fil-kwartieri tal-Forzi Armati ta’ Malta għaliex ma kienx l-irwol tal-Ministru Byron Camilleri li jidħol f’liema miżuri tas-sigurtà jittieħdu. Dan juri kif il-Prim Ministru wkoll ħa deċiżjoni korretta li ma aċċettax l-offerta tal-Ministru Byron Camilleri meta dan ħass li b’irġulija kellu joffri ir-riżenja lill-Prim Ministru u jġorr responsabbiltà ta’ dak li gara, anke jekk ma kienx involut hu.