Il-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy jinsab f’pajjiżna fejn f’laqgħa bilaterali mal-Prim Ministru Joseph Muscat mistennija jiddiskutu d-direzzjoni li jemmnu li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea issa li r-Renju Unit skatta b’mod uffiċjali l-proċess ta’ BREXIT.
Iż-żewġ mexxejja mistennija jiddiskutu ukoll kif tista’ tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi, partikolarment fl-oqsma fejn pajjiżna diġà għandu kuntatt dirett ma’ Spanja bħall-qasam tal-assigurazzjoni u t-trasport.
Diskussjoni se tkunu tistgħu ssegwu LIVE fuq is-sit one.com.mt