Sa nhar it-Tlieta 18 ta’ Marzu, il-pubbliku huwa mistieden iżur il-Mużew Postali ta’ Malta fi Triq l-Arċisqof il-Belt fejn qed tittella’ l-esebizzjoni Maltex 2025, ċelebrazzjoni tal-istorja u l-wirt kulturali Malti permezz tal-arti fil-filatelija.
Bit-titlu ‘Echoes of Malta, A Philatelic Journey’, f’din il-wirja prestiġjuża wieħed għandu wkoll l-opportunità li jara bolol li mhux soltu jkunu esebiti, hekk kif diversi kollezzjonisti qed jesebixxu l-kollezzjoni privata tagħhom, b’wieħed għandu wkoll ċ-ċans jara bolol rari.
Saħansitra mal-kollezzjonisti Maltin, wieħed jista’ wkoll jiltaqa’ ma’ kollezzjonist mir-Renju Unit li wkoll għandu fil-pussess tiegħu bolol ta’ ċertu valur rari inkluż il-famuża bolla tan-Nawfraġju ta’ San Pawl.
Staqsejna lill-Kap tal-Filatelija tal-Maltapost, Mary Grace Simpson dwar x’wieħed jista’ jara f’din l-esebizzjoni.
“Hawnhekk apparti l-esebizzjoni li dejjem tkun hawnhekk fejn hawn affarijiet diversi fejn hawn anke l-karlotta tal-Papa, bolol, postal history, għall-Maltex għandna esebizzjoni għall-kolletturi personali tagħhom fejn dawn qed jaqsmu l-kollezzjoni tagħhom mal-pubbliku in ġenerali”
Mary Graxe Simpson, Kap tal-Filatelija – Maltapost
Dr Daniel Saliba u missieru Paul huma parti minn din il-kollezzjoni u ħadna l-opportunità biex nistaqsuh jekk il-filatelija u l-kollezzjoni tal-bolol għadhomx popolari.
“Ovvjament bħal kollox in-namra tinbidel, hija moda, illum inħarsu aktar lejn il-postal history, lejn il-kollezzjoniżmu tal-envelopes, timbri. Il-bolol baqgħu ukoll relevanti ħafna u hawn ħafna kollezzjonisti imma rridu nrawmu l-imħabba aktar qalb iż-żgħar”
Dr. Daniel Saliba, Kollezzjonista
