Is-Segretarjat Missjonijiet Agostinjani “Amigos”, li ilu iktar minn 30 sena jaħdem biex jagħti opportunità liż-żgħażagħ jagħmlu xogħol volontarju barra minn xtutna fost dawk li huma l-aktar fil-bżonn, qed jorganizza mixja ta’ 10 kilometri biex jinġabru fondi għall-ħidma missjunarja tagħhom f’Iquitos fil-Perù s-Sajf li ġej.
L-inizjattiva ser issir nhar il-Ħadd 16 ta’ Marzu 2025, fid-9 ta’ filgħodu, bil-punt tat-tluq jkun il-Bajja ta’ San Tumas, f’Wied il-Għajn.
L-għan ewlieni tal-grupp ta’ żgħażagħ Agostinjan Amigos immexxi minn Fr Mario Abela u Fr Terence Spiteri huwa li jassisti komunitajiet fqar billi jibnu djar sempliċi, iżommu f’kundizzjoni tajba l-binjiet tal-komunità, iqassmu l-ikel lill-familji, u jorganizzaw attivitajiet edukattivi għat-tfal u ż-żgħażagħ.
Dawk interessati f’din il-mixja jew li jixtiequ jagħtu donazzjoni jistgħu jidħlu f’din il-ħolqa għal iktar dettalji.
https://agostinjani.org/ministries/missionary/amigos-hike-2/
Dan filwaqt li min jixtieq iktar informazzjoni jista’ jsegwi il-paġni soċjali ta’ Amigos.
Għal donazzjonijiet oħrajn, wieħed jista’ jagħmel dan kif indikat fit-tabella t’hawn isfel.
