Ir-Royal Malta Yacht Club ħabbar li Mac Med Group, ir-rappreżentant esklussiv tal-prodotti tal-International Yacht Paint f’Malta, għal darb’oħra se jkun qed jappoġġja l-Club bħala sponsor tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-International Yacht Paint Gozo Weekend.
L-avveniment, li se jsir bejn it-28 u l-31 ta’ Marzu 2025, huwa daqstant dwar il-cruising u l-ħbiberija daqskemm hu dwar it-tlielaq, u għalhekk huwa wieħed mill-aktar avvenimenti favoriti fost il-parteċipanti li jfittxu taħlita bejn kompetizzjoni u divertiment.
Bi programm soċjali sħiħ u attivitajiet interessanti fuq l-art, l-avveniment joffri ħafna opportunitajiet għal rilassament u gost lil hinn mill-baħar. Filwaqt li t-tlielaq jibqgħu parti essenzjali, dawk li jieħdu sehem fil-kategorija tal-cruising igawdu esperjenza inklussiva u li jibqgħu jiftakru.
Jidher li se jkun numru bilanċjat ta’ parteċipanti fiż-żewġ kategoriji, dawk tar-Racing u tal-Cruising. Din tal-aħħar hija inkoraġġanti ħafna hekk kif il-Club qed jaħdem biex iżid il-parteċipazzjoni f’din il-kategorija. Ir-Royal Malta Yacht Club ilu jaħdem biex isawwar ambjent li jilqa’ ‘l-cruisers fit-tlielaq tiegħu, u l-indikazzjonijiet għal din is-sena juru li dawn l-isforzi qed iħallu l-frott. Il-flotta tal-Cruisers attirat numru ta’ parteċipanti fosthom Janissah (Mario Debono), Kon Tiki (Ferdinand Grech), Pippus (David Anastasi) u Stella R (Steve Carter).
Flotta b’saħħita ta’ Racers mistennija tieħu sehem, u b’hekk iżżid mal-element kompetittiv tal-avveniment. Fost dawn hemm Juniper ta’ Brian Flahive, li sa issa kellhom serje impressjonanti ta’ rebħiet din is-sena. B’kompetituri oħrajn ewlenin bħal TonTon Laferla ta’ Jonathan Gambin, u jott JYS Jan tal-Jarhead Young Sailors Foundation, l-element tat-tlielaq qed iwiegħed azzjoni spettakolari.
Ir-Rear Commodore (Yachting) Adrian Gauci Borda esprima l-apprezzament tiegħu lejn Mac Med li ilhom jappoġġaw il-Club għal numru ta’ snin. Hu stqarr li: “L-Mac Med Group, permezz tal-appoġġ ta’ International Yacht Paint, ilu għal ħafna żmien wieħed mill-akbar sostenituri tal-Club. Din il-kollaborazzjoni kontinwa tippermettilna norganizzaw dawn it-tip ta’ avvenimenti, li jgħaqqdu flimkien il-membri tagħna, il-familji, u l-ħbieb.”
Mac Med Group ilha tappoġġja b’mod kostanti r-Royal Malta Yacht Club għal ħafna snin, billi tkompli ssostni l-avvenimenti u l-inizjattivi tiegħu. Bħala r-rappreżentant esklussiv tal-International Yacht Paint f’Malta, Mac Med jipprovdi lil dawk li jbaħħru b’xi wħud mill-aqwa prodotti għall-kura tal-jottijiet, biex jassigura l-ogħla livell ta’ prestazzjoni u protezzjoni għad-dgħajjes tagħhom.
“Aħna kuntenti li se nkomplu bl-appoġġ tagħna lir-Royal Malta Yacht Club billi nisponsorjaw il-Gozo Weekend Regatta. Dan l-avveniment mhux biss juri l-kultura attiva tal-ibburdjar fil-komunità tagħna, iżda wkoll imu pass pass mal-impenn ta’ International Paint għall-eċċellenza fil-kura tal-inġenji tal-baħar u d-dedikazzjoni tagħna biex inrawmu t-talent u l-passjoni lokali fuq il-baħar. Nistennew bil-ħerqa li niċċelebraw kapitlu ieħor eċċitanti fl-
ibburdjar Malti,” qal Andrew Magri Overend, CEO ta’ Mac Med Group, ir-rappreżentanti uffiċjali ta’ International Yacht Paint f’Malta.
Għal aktar informazzjoni dwar l-International Yacht Paint Gozo Weekend, inklużi d-dettalji tar-reġistrazzjoni u l-iskedi tal-avveniment, żur is-sit elettroniku tar-Royal Malta Yacht Club – www.rmyc.org/races
(Photo Credit: RMYC/ Alex Turnbull)