Il-kodiċi nazzjonali dwar il-bini u l-kostruzzjoni ġab l-imsieħba ewlenin fis-settur tal-kostruzzjoni jaħdmu flimkien. Dan intqal mill-Ministru responsabbli mir-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni, Jonathan Attard, waqt seduta Parlamentari f’għeluq is-sena minn meta ħareġ ir-rapport tal-Inkjesta Sofia.
Intqal li dan il-ftehim jenfasizza l-impenn kollettiv bejn il-partijiet konċernati, bil-għan ewlieni jkunu l-istrutturi, is-sigurtà u l-prevenzjoni tan-nirien.
Il-Ministru Attard spjega li dan il-proċess se jara d-dħul ta’ 17-il kodiċi tal-bini u sitt kodiċi tal-kostruzzjoni.
Bi ftehim mal-Awtorità dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni, il-BCA, il-Kamra tal-Periti se tkun l-imsieħba prinċipali li tabbozza l-Kodiċi tal-Bini u l-Kostruzzjoni.
Hawnhekk ġew iffirmati numru ta’ ftehimiet mal-partijiet ikkonċernati, biex ikunu parteċipi fid-diskussjonijiet ħalli jiġi abbozzat tali kodiċi.