L-għaqda Repubblika fetħet protest ġudizzjarju fil-Qorti kontra l-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard b’rabta mal-liġi dwar ir-riforma fl-inkjesti maġisterjali.
Il-protest, iffirmat mill-eks Deputat Nazzjonalista u Avukat tal-għaqda Repubblika Jason Azzopardi, jgħid li l-Qorti għandha tara li din il-liġi tiġi “irtirata, annullata u revokata”.
F’dan il-protest ġudizzjarju ntqal li din tikser il-liġi Ewropea, l-istess narrattiva xprunata mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista.
Din ir-riforma, li saħħet il-proċess tal-inkjesti maġisterjali u tindirizza l-abbużi, għaddiet ilbieraħ mill-Parlament, bl-Oppożizzjoni tivvota kontra.