L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali nediet il-pubblikazzjoni bl-isem ta’ ‘Last Mile’, li hi l-aħħar waħda bħala parti mill-viżjoni ‘Residents First – Better Quality of Life’, li tittratta sistema tat-trasport aktar aċċessibbli u sostenibbli fil-lokalitajiet madwar il-pajjiż.
Permezz ta’ din il-viżjoni, introdotta erba’ snin ilu, l-assoċjazzjoni qed tintegra mogħdijiet pedonali, soluzzjonijiet għal trasport, permezz tar-roti u e-scooters, u infrastruttura intelliġenti biex tiżdied l-effiċjenza u jitnaqqsu l-konġestjonijiet.
Fit-tnedija tal-aħħar pubblikazzjoni, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Mario Fava, saħaq li din qed tipprovdi lill-kunsilli lokali bl-istrateġiji biex itejbu l-mobiltà fost is-soċjetà.
L-assoċjazzjoni wkoll biħsiebha torganizza sessjonijiet mal-kunsilli biex tiddiskuti kif se jiġi applikat il-kunċett ta’ ‘Last Mile’.