Ir-Renju Unit irrevoka l-akkreditazzjoni ta’ diplomatiku Russu u martu bħala ritaljazzjoni li żewġ impjegati fl-Ambaxxata Ingliża f’Moska din il-ġimgħa sfaw imkeċċija.
L-FCDO, l-Uffiċċju Ingliż tal-Affarijiet Barranin, il-Commonwealth u l-Iżvilupp, nhar l-Erbgħa qal li kien qed jieħu azzjoni immedjata u reċiproka wara li r-Russja akkużat żewġ diplomatiċi Ingliżi bi spjunaġġ u tawhom żmien ħmistax biex jitilqu mir-Russja.
Ir-Renju Unit ċaħad dawn l-akkużi li sejħu bħala malizjużi u bla bażi.
L-Ambaxxatur Russu għar-Renju Unit, Andrei Kelin kien infurmat bl-espulżjoni tal-koppja iżda s’issa ma ingħatatx ġurnata sa meta jridu jitilqu.