Il-Pulizija federali Beġjana wettqet numru ta’ rejds fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, bħala parti minn investigazzjoni ta’ korruzzjoni li tinvolvi lill-Parlament Ewropew.
Kelliem għall-uffiċċju tal-prosekutur Belġjan ikkonferma li hemm investigazzjoni għaddejja b’akkużi preliminari ta’ korruzzjoni attiva, falsifikar ta’ dokumenti u ħasil ta’ flus fil-Parlament Ewropew.
Is-sit prominenti Politico żvela li saru rejds f’21 indirizz fi Brussell, Flanders, Wallonia u fil-Portugall, b’diversi persuni jiġu arrestati.
Jirriżulta wkoll li madwar 15-il Membru Parlamentari attwali jew passati jinsabu taħt ir-radar f’din l-investigazzjoni li qed twettaq l-aġenzija tal-aħbarijiet bl-isem ta’ Follow the Money u l-gazzetti Belġjani Le Soir u Knack, li rrapportaw il-każ l-ewwel.
Kelliem għall-Parlament Ewropew, immexxi mill-President Roberta Metsola, qal li “qed tittieħed nota tal-informazzjoni u, kull meta ntalab, il-Parlament Ewropew dejjem ikkopera bi sħiħ mal-awtoritajiet ġudizzjarji.”