Iċ-Chairman tal-Bank Malti għall-Iżvilupp Leo Brincat, il-Kap Eżekuttiv Paul V. Azzopardi u d-Deputat Kap Eżekuttiv Alison Micallef kellhom laqgħa ta’ korteżija ma’ Mats Persson, Partner, EY tar-Renju Unit, fl-uffiċċji tal-Bank, fil-Floriana.
Waqt il-laqgħa, it-tmexxija tal-Bank ipprovdiet ħarsa ġenerali tal-operat u l-inizjattivi ewlenin tal-Bank, b’enfasi fuq ir-rwol tiegħu b’rabta mal-finanzjament ta’ proġetti f’setturi differenti, fosthom SMEs, intrapriżi kbar, żvilupp soċjali u infrastrutturali, u edukazzjoni.
Is-Sur Persson, li għandu għarfien estensiv dwar it-tranżizzjoni fl-enerġija u t-tmexxija ta’ proċessi ta’ trasformazzjoni, iddiskuta x-xejriet globali fil-finzjament sostenibbli u r-reżiljenza ekonomika, u esplora oqsma ta’ kollaborazzjoni potenzjali u qsim ta’ għarfien.