Il-Prim Ministru Robert Abela kkundanna dak li ddeskriva bħala l-agħar attakk fuq il-ġudikatura mill-fergħa estremista tal-Partit Nazzjonalista.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali tiegħu, Dr Abela kiteb li, “għax maġistrat ma ddeċiditx kif riduha huma f’att ġudizzjarju, akkużawha li hi kompliċi f’reat u f’illegalità, waqt li talbu li tinfetaħ investigazzjoni ‘fuq diversi livelli’ fuq żewġ maġistrati.”
Hu tenna li dan hu attakk faħxi fuq l-istituzzjoni ġudizzjarja ta’ pajjiżna, u kkundannah b’saħħtu kollha. Insista li mhux se jħallih għaddej lanqas, aktar u aktar minn min ġej.
Fil-messaġġ tiegħu, hu wkoll qal li ma jistax ma jinnotax is-skiet assolut u l-ebda kundanna mill-ħbieb tal-fazzjoni estrema li, fi Brussell, b’ipokrezija, jmorru jħammġu isem pajjiżna.
“Double standards assolut,” temm il-Prim Ministru.
Aqra aktar: