Raġel ta’ 27 sena ammetta fil-Qorti li kellu materjal pornografiku li fih jidhru tfal taħt id-disa’ snin.
Waqt li l-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Monica Vella, ħadet nota tal-ammissjoni tiegħu, ħarġet ordni biex isem ir-raġel ma jixxandarx.
Il-Qorti aċċettat ukoll it-talba li għamlu l-avukati tiegħu biex isir rapport soċjali qabel ma tingħata s-sentenza.
Hu ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €3,000.