Kirsty Muscat rebħet il-prestiġjuż Global Prize Winner tal-ACCA wara li kklassifikat fl-ewwel post madwar id-dinja fl-eżami Advanced Audit and Assurance (AAA) tas-sessjoni ta’ Diċembru 2024.
Il-premju ngħatalha minn Mark Anthony Bugeja u Maria Cauchi Delia tal-Malta Institute of Accountants (MIA), flimkien ma’ Andreia Stanciu u Chryso Iasonos tal-ACCA.
Muscat qalet li tinsab onorata b’dan ir-rikonoxximent, li jirrifletti x-xogħol iebes u d-dedikazzjoni tagħha. “Għalkemm il-vjaġġ jista’ jkun mimli sfidi, is-suċċess huwa possibbli b’prattika u sistema ta’ appoġġ tajba,” qalet.
Il-MIA faħħret din il-kisba straordinarja, u ddeskrivietha bħala sors ta’ ispirazzjoni għall-accountants futuri f’Malta u prova tat-talent lokali fil-professjoni.