L-importanza ta’ infrastruttura stabbli f’pajjiżna hi kruċjali biex it-tkabbir ekonomiku f’pajjiżna jibqa’ jikber b’mod sostenibbli. Dan kien is-sentiment li ħareġ minn diskussjoni organizzata minn EY bl-isem ta’ ‘Build & Share: Sustaining Malta’s Growth’.
Hawnhekk intervjena l-Britanniku Mats Persson, eks konsulent speċjali tal-Prim Ministru Ingliż u espert fl-istrateġija u l-innovazzjoni fin-negozju.
Fid-diskors tiegħu, hu enfasizza fuq l-influwenza tal-investiment kapitali li se jkun qed iseħħ fid-diċenju li jmiss u qal li, f’bosta ekonomiji tal-Punent, ħafna gvernijiet qed ikollhom inqas flus x’jonfqu.
Insista, iżda, li dan hu bil-maqlub f’Malta, li għandha l-kapital neċessarju meta mqabbla ma’ ħafna oħrajn.
Skontu, il-privat u l-pubbliku għandhom jaħdmu id f’id għal finanzjament aħjar, partikolarment bl-użu tal-inteliġenza artifiċjali li se tgħin fis-sostenibbiltà ta’ assi infrastrutturali aħjar.
F’kumment ma’ ONE News, Persson saħaq li, għalkemm l-Ewropa qed tiffaċċja diversi sfidi, il-mistoqsijiet infrastrutturali b’rabta mad-diġital, l-enerġija u l-ekonomija huma importanti li jittieħdu f’kuntest immedjat, filwaqt li jiġi ssalvagwardjat għall-futur.
“All of these are super important questions around how do we build infrastructure and that is required to function. It is required for businesses to get around, to get their energy, to have productivity and so forth to thrive as businesses. That’s what I’m discussing today, how can we fund this infrastructure requirements and also how can we build quickly and get on with this stuff without delays, because that’s what we need in this environment.”
MATS Person, Espert Britanniku
Fost interventi oħrajn, l-ekonomisti ta’ EY Malta, Chris Meilak u Glenn Fenech, ukoll faħħru l-miri li għandu pajjiżna għal ekonomija sostenibbli.