Il-Partit Nazzjonalista mmexxi mill-Kap de facto tiegħu Karol Aquilina issa ħareġ jattakka b’mod kollettiv lill-Ispeaker Anġlu Farrugia wara li kien Aquilina nnifsu li ilu jattakka lill-Ispeaker tal-ogħla istituzzjoni fil-pajjiż.
Il-Partit Nazzjonalista għamel dan bi stqarrija uffiċjali u b’hekk Karol Aquilina ġab il-partit kollu miegħu fuq ordni tiegħu biex joħroġ b’attakk sfrenat fuq l-Ispeaker.
Fuq dan kollu Bernard Grech kellu jobdi.
Aquilina ilu għaddej bl-attakki fuq l-Ispeaker u kien għajru bla moħħ.
Għal din id-dikjarazzjoni, Karol Aquilina flok skuża ruħu, spiċċa juri aġir arroganti quddiem ruling tal-Ispeaker.
Anġlu Farrugia: “Nistaqsi lil Karol Aquilina jekk hux se jirtira dan il-kliem fil-konfront tiegħi.”
Karol Aquilina: “M’għandi l-ebda diffikultà li nagħmel hekk, wara kollox kulħadd jaf il-verità dwar is-Sedja … mela ma nifhmux bil-Malti. Inżomm ma’ dak li għedt.”
Fis-seduta tat-Tlieta filgħaxija, Karol Aquilina wkoll kompla jkun isteriku u ostili għall-Ispeaker.
Karol Aquilina qal lill-Ispeaker li jekk irid ikeċċih bil-Pulizija wara li dan beda jinterrompi u jgħajjat.
Il-Partit Nazzjonalista fuq ordni ta’ Aquilina issa ħareġ jattakka għal darba oħra l-Ispeaker għax ir-rulings li jagħti ma jogħġbuhx.
Aqra aktar: