Atleti maltin kisbu suċċess kbir waqt it-tmintax-il edizzjoni taċ-Children’s Chojinkai Karate Tournament li sar fl-Ingilterra.
L-atleti maltin kienu minn żewġ klabbs lokali: La Salle Karate Club u Birkirkara Karate Club u kkompetew ma’ 420 atleta oħra minn bosta pajjiżi differenti
Huma rebħu ħames midalji tad-deheb, erbgħa tal-fidda u ħamsa tal-bronż.
Dawn kienu r-riżultati kollha tal-atleti maltin:
LA SALLE KARATE CLUB
Kata Doubles
Thomas Micallef u Kendra Hili – deheb fil-kategorija U12
Ethan Farrugia u Kayden Barbara – bronż fil-kategorijaU12
Connor Portelli u Liam Grech – fidda fil-kategorija U10
Kata Individual
Thomas Micallef – deheb fil-kategorija U12
Kendra Hili – fidda fil-kategorija U12
Liam Grech – deheb fil-kategorija U10
Alice Carabott – deheb fil-kategorija U7
Team Kumite
Thomas Micallef u Ethan Farrugia – bronż fil-kategorija U12
Individual Kumite
Kendra Hili – fidda fil-kategorija U12
Connor Portelli – bronż fil-kategorija U10
BIRKIRKARA KARATE CLUB
Kata Individual
Lara Mifsud – deheb fil-kategorija U12
Carlo Micallef – bronż fil-kategorija U10
Kata Doubles
Lara Mifsud u Carlo Micallef – fidda fil-kategorija U12
Team Kata
Nicolai Schembri, Dale Scicluna u Noah Camenzuli – bronż fil-kategorija U14